Għamlet 38 tattoo ta’ Mourinho fi żmien tliet snin

Viv Bodycote li għandha 62 sena hija ossesjonata b’Jose Mourinho. B’kollox għamlet 38 tattoo ta’ Mourinho.

Il-mara li tgħix Leicestershire hi tant iffissata dwar il-maniġer Portugiż ta’ Tottenham li fi tliet snin nefqet aktar minn €2,000 f’tattoos tiegħu. L-eks assistenta tal-għalliema ammettiet li lesta tagħmel tattoo oħra jekk jirnexxielu jirbaħ xi tazza ma’ Spurs.

Waqt intervista mall-gazzetta Ingliża The Sun, qalet li ċerta li nefqet l-eluf fuqhom. Stqarret iżda, li hi lesta li tonfoq aktar għax tħobbu. Qalet li diġà qed taħseb x’tattoo oħra tista’ tagħmel.

Viv għamlet l-ewwel tattoo ta’ Mourinho lura fl-2017 wara li ingħaqad ma’ Old Trafford.