“Għamiltni omm kburija” – omm Gaia

Ritratt: Facebook/Joanne Cauchi

Gaia Cauchi qed tikber ukoll u llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Illum hija qed tiċċelebra għeluq is-17-il sena tagħha.

Joanne, omm Gaia ħallitilha messaġġ fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook fejn qasmet is-sentiment tagħha dwar xi tfisser bintha għaliha.

“Ma nistax nesprimi dak li ħassejt l-ewwel darba li żammejtek f’dirgħajja. Grazzi talli int binti u talli għamiltni omm kburija. Nitlob lil Alla beix iżżommlok dik it-tbissima fuq wiċċek u jagħmlek l-aktar persuna kuntenta fid-dinja. Emmen dejjem fik innifsek u ftakar li lili dejjem se ssibni maġenbek.”

Ritratt: Facebook/Joanne Cauchi

Inċidentalment bħalissa ninsabu fi żmien il-Junior Eurovision, festival li Gaia kienet rebħet l-edizzjoni tal-2013 u għall-ewwel darba rajna dan il-festival jiġi organizzat hawn Malta fis-sena ta’ wara.

Il-kanzunetta tagħha kienet iġġib l-isem ta’ The Start.

Dawn kienu l-ewwel kummenti tagħha ftit minuti wara li kienet ġiet iddikjarata bħala r-rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest 2013.

Awguri Gaia f’dan il-jum speċjali.