Għal Ben Camille u martu Xtina llum huwa jum partikolari għax sena ilu saru ġenituri għall-ewwel darba meta kellhom liċ-ċkejkna Elle.
“Ma nistgħux nemmnu li diġà għalaqt sena,” kien parti mill-kumment li l-omm kitbet illum fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.

L-omm kompliet tgħid li l-uġigħ tal-ħlas kien l-ikbar uġigħ li ħasset f’ħajjitha iżda kieku kellha terġa’ tgħaddu minnu hekk tagħmel għax iċ-ċkejkna timlilhom ħajjithom bil-ferħ.
“Int turina l-vera sinjifikat ta’ mħabba,” żiedet tgħid.

U ovvjament f’ġurnata bħal din, anki n-Nanna Carina għamlet messaġġ speċjali lil din iċ-ċkejkna.

Awguri Elle!