“Għamilt dak li kien xieraq”

REUTERS/Dylan Martinez

Read in English.

Patrick Hutchinson, dimostrant ta’ karanġġjon skura li ġarr raġel abjad u ħa ħsieb is-sigurtà tiegħu waqt ġlieda f’Londra bejn dimostranti li kienu qed jipprotestaw kontra r-rażżizmu u rivali tal-lemin estrem sostna li l-att tiegħu kien sempliċiment it-tajjeb li kellu jsir f’dak il-ħin.

Ritratt ta’ Reuters ta’ Hutchinson ħiereġ minn tgeġwiġija ta’  nies qrib Waterloo Bridge, b’raġel ferut merfugħ fuq spaltu, inxtered mad-dinja permezz tal-mezzi soċjali u deher fuq għadd ta’ bulletini tal-aħbarijiet.

“Għamilt dak li kien xieraq li nagħmel”, sostna Hutchinson ma’ Reuters TV ilbieraħ. “Aħna ma ridnix li episodju wieħed jibdel in-narrattiva ta’ dak li qed jiġri u jbiegħdna minn dak li qed nissieltu għalih, li huwa ugwaljanza ta’ vera.”

Fir-Renju Unit, bħal f’bosta pajjiżi madwar id-dinja, kien hemm għadd ta’ dimostrazzjonijiet kontra r-razziżmu fid-dawl tal-mewt ta’ George Floyd f’Minneapolis. Fil-parti l-kbira dawn kienu paċifiċi, iżda s-Sibt, dimostranti tal-lemin-estrem inġabru fiċ-ċentru ta’ Londra u beda jinqala’ l-inkwiet.

Hutchinson qal li kien hemm bżonn ta’ aktar dimostrazzjonijiet paċifiċi fil-pajjiż. 

“Irridu nkomplu nipprotestaw. Irridu nkomplu nsemmgħu leħinna. Irridu niksbu l-ugwaljanza ta’ vera, iżda m’hemmx bżonn vjolenza”, kompla jgħid.

Ir-raġel li nġarr minn Hutchinson kellu feriti ma’ wiċċi u l-ġurnalisti ta’ Reuters li kienu fuq il-post qalu li huwa qala’ xeba’ fi ġlieda ma’ dimostranti ta’ kontra r-razziżmu. Xi persuni mill-folla bdew jgħajtu li r-raġel li weġġa’ kien membru tal-lemin-estrem, iżda ma kien hemm ebda konferma uffiċjali tal-identità jew l-affiljazzjoni politika tiegħu.