Filmat: “Għamilt Awwissu nibki kuljum” – Melanie

Illwaqt waqt il-progarmm Sibtek Ryan u Josmar fost oħrajn se jkunu qed jilqgħu lil Melanie Kelly, il-preżentatriċi tal-programm Kompendju li jixxandar nhar ta’ Tnejn fuq TVM. Matul din l-edizzjoni ta’ SIbtek, Melanie Kelly se tkun qed tiftaħ qalbha dwar dak li għaddiet minnu ftit tax-xhur ilu.

Ritratt: Facebook/MelanieKelly

“Għaddejt Awwissu nibki kuljum,” tirrakkona hi waqt li hi titkellem fuq relazzjoni ġdida li llum għandha.

Waqt Sibtek mhux se jonqos id-daħk, kif ukoll l-emozzjonijiet fejn se niltaqgħu max-chefs popolari Manuel Aquilina u r-raġel tiegħu Steve, Neil Darmanin, Aaron Degabriele u Svetlana Muscat.

Ritratt: Facebook/ManwelAquilina

Se narawhom jagħmlu ħafna sfidi li mhux mdorrijin jagħmlu s-soltu fosthom il-karaoke.

Ryan u Josmar se jlaqgħuna ma’ Marisa D’Amato li se titkellem fuq diżappunti li għandha; Andreana Debattista titkellem fuq l-imħabba ta’ ħajjitha.

Sibtek jitwassal fuq TVM fis-12.45pm fuq TVM.