‘Għamilna li stajna b’dak li għandna’ – Darmanin Demajo wara Malta-Italja

Wara l-logħba ferm mistennija kontra l-Italja, il-Maltin jistgħu jgħidu li ħarġu mill-grawnd b’rashom mgħollija.

Il-President tal-MFA, Dr Norman Darmanin Demajo, kellu kliem ta’ tifħir għall-players, li lagħbu logħba mill-aqwa kontra wieħed mill-aħjar timijiet tad-dinja.

Qal li kien għadu ma tkellimx mal-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin. Sostna li madankollu jidher li kien hemm reazzjoni pożittiva għal dak li ġara lbieraħ.

Meta mistoqsi fuq il-kritika ta’ kummentaturi Taljani li t-tim nazzjonali Malti mhux wieħed żgħir fl-età, Darmanin Demajo qal li dan hu proċess ta’ tranżizzjoni.

Hu qal li l-fatt li anke t-Taljani kienu diżappuntati bir-riżultat ikompli jikkonferma l-wirja prestiġjuża ta’ Malta.

Darmanin Demajo temm jgħid li l-logħba tal-bieraħ mhux biss kienet suċċess fejn jidħol ir-riżultat, iżda wkoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ loġistika u organizzar.

Isma l-kummenti fl-awdjo.