Għamel rapport falz dwar hold-up

Il-pulizija qalet li l-każ fejn raġel ta’ 35 sena mis-Siġġiewi rraporta li sar hold-up fuqu kien wieħed falz.

Fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn għal ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu r-raġel li kien għaddej bil-karozza tiegħu fi Triq Ħal-Farruġ, Ħal-Luqa allega li safa misruq minn żewġ persuni mhux magħrufa.

Wara investigazzjonijiet li għamlu l-pulizija tad-distrett, din solviet il-każ u rriżulta li r-rapport kien falz.