Għamel kopja taċ-ċavetta ta’ sieħbu biex jisirqu

Read in English.

Ħalliel li nqabad jipprova jisraq pittura u miżien m’għand ħabib tiegħu ngħata l-ħelsien mill-arrest. Huwa daħal fid-dar billi għamel kopja taċ-ċavetta.

Il-Libjan ta’ 37 sena ilu ġie akkużat b’serq aggravat u li hu reċediv. Hu ilu jgħix Malta mill-1996.

L-allegat ħalliel daħal fir-residenza ta’ sieħbu fil-Gudja wara li għamel kopja taċ-ċavetta. B’hekk, nhar il-Ġimgħa li għadda, sid id-dar spiċċa daħal fuq il-ħalliel sakemm kien qed jipprova jisraq pittura u miżien antik.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €15,000. Huwa ġie ordnat jiffirma l-ktieb tal-ħelsien mill-arrest tliet darbiet fil-ġimgħa, u jrid ikun id-dar bejn il-11.30pm u s-7.30am.