Għamel għal familtu għax ma riduhx magħhom id-dar; jinżamm arrestat

Raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li allegatament ħebb għal ommu u oħtu jumejn ilu.
L-allegat inċident seħħ meta l-akkużat ta’ 32 sena minn Tas-Sliema mar jitlob ’l ommu biex tħallih jgħix magħhom, iżda kemm ommu kif ukoll oħru ma ridux.
Jidher li l-argument saħan, tant li ż-żewġ nisa sofrew xi ġrieħi meta r-raġel ħebb għalihom, wara li heddidhom bil-mewt.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech m’aċċettatx it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest, u fil-Qorti sostniet li l-vjolenza ma tista’ tiġi ġġustifikata qatt, speċjalment fuq nies demm tiegħek.
Filwaqt li ordnat protezzjoni għall-familja, talbet ukoll biex l-akkużat jingħata l-kura kollha neċessarja biex jikkontrolla r-rabja.