Għalxix jinsabu nkwetati Bettina u Ritianne?

Illum it-Tnejn 10 ta’ Frar, se tkun qed tixxandar bħas-soltu s-sensiela Sorelle fejn se niskopru dak li Jodi u Angela qed jippjanaw? U Jodi għaliex tmur tkellem lil Ritianne fl-uffiċċju tagħha?

Frederick ikompli jinsisti ma’ Steve biex isir jaf min kienu l-fattigi dak il-lejl fatali. X’se jkun qiegħed iwieġbu?

Ritianne u Bettina jinsabu inkwetati dwar dak li qed jiġri f’Dar l-Anġli… x’se tissuġġerixxi Bettina?

Sorelle jixxandar fit-3pm fuq TVM u għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.