Għalqu sninhom ġewwa minħabba l-coronavirus

F’dawn iż-żminijiet meta l-imxija tal-coronavirus qed iżżomm lil bosta d-dar u kemm jista’ jkun ma joħorġux barra, xorta waħda ssib lil xi wħud li jagħlqu sninhom. Fost dawn hemm ukoll dawk li huma meqjusa bħala stilel, jew għax kantanti nkella għax atturi. Tlieta minn dawn l-istilel huma Sarah Jessica Parker, Elton John u Mariah Carey.

Sarah Jessica Parker għalqet sninha fil-25 ta’ Marzu. Hija kitbet li għall-birthday daret għal tiżjin antik u kuluri ntużaw uliedha pinġew stampi għaliha.

Elton John għalaq 73 sena fis-27 ta’ Marzu mdawwar minn uliedu u David Furnish. Fuq il-midja soċjali kiteb li kellu l-aqwa birthday imdawwar bil-familja tiegħu.

Mariah Carey għalqet sninha fl-istess ġurnata ta’ Elton John fis-27 ta’ Marzu iżda hi għalqet 50 sena. Il-kantanta, li jingħad li għandha fortuna ta’ €300 miljun, kellha magħha liż-żewġ uliedha. Fuq il-kejk kellha ‘12’ waqt li fuq ir-ritratt li poġġiet fuq il-midja soċjali kitbet ‘#eternally 12’