Agħlqu l-gentlemen’s clubs – Edwin Vassallo

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Edwin Vassallo insista li l-gentlemen’s clubs u hekk imsejħa massage parlours għandhom jingħalqu darba għal dejjem.

Fuq il-paġna personali ta’ Facebook, Vassallo qal li Malta qed tara aktar vjolenza kontra n-nisa, u aktar tfixkil tad-dinjità tan-nisa. Huwa għalhekk li Vassallo sostna li dawn it-tip ta’ stabbilimenti għandhom jingħalqu. Hu insista li “rridu naraw li f’pajjiżna nibdew ndaħħlu l-ordni tas-sewwa u mhux aktar pajjiż fejn kollox għandu prezz.”

Il-Membru Parlamentari qal li filwaqt li jirrispetta l-opinjonijiet u l-fehmiet ta’ ħaddieħor, sostna li hu evidenti li dawn il-kwistjonijiet huma li qed jeqirdu s-soċjetà Maltija.