Għalqa taqbad fil-Għargħur; jinħarġu l-annimali

Għalqa ħadet in-nar fil-Għargħur ilbieraħ filgħaxija u kellhom jinħarġu xi annimali.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li dan ġara fil-10.45pm fi Triq Santa Katerina. Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-pulizija marru fuq il-post, u ħarġu lil żiemel u muntun mill-għalqa.

In-nar intefa u ħadd ma weġġa’.