Għalliema vulnerabbli mid-dar – Unjin

Read in English.

L-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) qalet fi stqarrija li l-għalliema meqjusin vulnerabbli għandhom jibqgħu d-dar u jkunu lesti biex jgħallmu onlajn.

Fl-istqarrija, l-UPE qalet li wara li ħadet in konsiderazzjoni, il-kommunikazzjoni kollha maħruġa mill-Gvern, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Professur Charmaine Gauci, qed titlob biex ikun ippubblikat risk assessment għal kull skola. L-UPE qalet li l-edukaturi u l-pubbliku se jkun espost għal riskju kbir appena l-iskejjel jerġgħu jiftħu biex jilqgħu lit-tfal tal-iskola.

Il-UPE qalet li d-direttiva se tibqa’ fis-seħħ sakemm hi bħala Unjin isserraħ rasha li l-edukaturi tagħha mhumiex qegħdin f’riskju irresponsabbli u bla bżonn.

Intant, fi stqarrija separata, l-unjin tal-għalliema l-MUT qalet li nstabet soluzzjoni dwar l-edukaturi li qegħdin f’riskju għoli wara diskussjonijiet li seħħew bejn l-ministeru u l-unjin. L-MUT qalet dettalji se jingħataw fil-ġranet li ġejjin.