Għalliema u studenti jingħaqdu biex iferrħu ġuvni Għawdxi

Ritratt: The FotoGrafer

L-emozzjonijiet ma jonqsux illejla waqt Araniissa hekk kif titwassal l-istorja ta’ Kylen, ġuvnott Għawdxi illi għaddej minn esperjenza diffiċli ħafna. Kylen huwa maħbub kemm mill-għalliema tal-iskola tiegħu kif ukoll mill-ħbieb tiegħu tal-klassi. Dawn flimkien xtaqu jinnominaw lil Kylen sabiex jgħidulu pubblikament kemm jammirawh, kemm iħobbuh u kemm dejjem qegħdin hemmhekk għalih! U dan l-altruiżmu muri minn etajiet daqshekk ċkejkna, isibu biss ammirazzjoni minn Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu ta’ Araniissa wkoll u bla dubju minnkom il-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Daqshekk ieħor sabiħa l-istorja ta’ Sephora u l-ġuvnott tagħha li ta’ kuljum jaffaċċja l-esperjenza diffiċli iżda mimlija mħabba tal-awtiżmu, kif tgħid Sephora, omm ta’ kuraġġ kbir li kliemha jispirak u jimlik b’ammirazzjoni u kien għalhekk li Araniissa se jkun qed joffrilhom sorpriża.

X’se jiġri eżatt tkunu tafu llejla però żgur li se ngħixu flimkien mumenti ta’ emozzjoni kbira!

U l-imħabba ta’ bejn l-aħwa Macelle u Mariella li se twassal għall-waħda mill-isbaħ trasformazzjoni f’din l-edizzjoni wkoll ser tgħaddi lit-telespettaturi emozzjonijiet kbar!

Ritratt: The Fotografer

Araniissa jitwassal illejla fit-8.30pm fuq l-istazzjon One, bi preżentazzjoni ta’ Joseph Chetcuti.