Għalliema tal-kindergarten li mardet mill-iskola tmut bil-COVID-19 f’Iżrael

Għalliema tal-kindergarten f’Iżrael mietet bil-Coronavirus wara li kienet esposta fil-klassi għall-virus fil-klassi.

Skont rapporti fil-midja internazzjonali, ġimgħatejn qabel mietet Shalva Zalfriend, għalliema ta’ 64 sena mill-Iżrael u omm ta’ sitt itfal, bgħatet messaġġ fuq Whatsapp grupp li kellha mal-ġenituri tal-istudenti tagħha fejn qaltilhom li kienet konxja li kien hemm ġenituri li kienu qed jibgħatu t-tfal l-iskola meta kellhom familjari morda jew esposti għal coronavirus. Hija fakkrithom li dan kien kontra l-liġi hekk kif suppost it-tfal kellhom ikunu fi kwarantina mal-familjari kif stipulat mill-Gvern.

Fil-messaġġ tagħha sostniet mal-ġenituri li meta kienu qed jibgħatu lil uliedhom l0iskola xorta meta kienu esposti kienu qed ipoġġu lit-tfal u l-għalliema oħra tal-iskola f’periklu u kienu qed jiksru l-fiduċja u responsabbilità li għandu jkun hemm bejn l-għalliema u l-ġenituri.

Fl-aħħar messaġġ tagħha lil ġenituri fuq Whatsapp qabel ma mietet hija qalet lil ġenituri li ma jimpurtahiex mingħand liem student ħadet il-virus u min kiser il-liġi ta’ kwarantina. Hija enfasizzat u talbet lil ġenituri biex isegwu l-kwarantina jekk ġew esposti għall-virus minn xi ħadd fil-familja biex ikunu protetti ħajjiet l-anzjani u dawk kollha vulnerabbli.

Hija temmet tgħid li l-messaġġ jaf ikun diffiċli biex jaqrawh, madanakollu kienet qed tiktbu minn qalbha.

Il-unjin tal-għalliema qalet li Shalva kienet għalliema rispettata u maħbuba minn kulħadd. Fi stqarrija l-unjin qalet li jidher li ħadet il-virus mill-iskola fejn kienet taħdem u mietet ftit wara.