Għalliema? Kors b’xejn mill-Fondazzjoni Richmond

Pexels / Albert Rafael

Kors tal-ewwel għajnuna tas-saħħa mentali se jiġi offrut lill-edukaturi li jgħallmu fi skejjel sekondarji u post sekondarji mill-Fondazzjoni Richmond Il-kors se jingħata b’xejn iżda din hi fuq bażi limitata hekk kif dan qed jiġi ffinanzjat minn fondi Ewropej.

Il-kors hu twil b’kollox 14-il siegħa u huma ddiżinjat għal dawk il-persuni li jkollhom kuntatt frekwenti maż-żgħażagħ.

Fi stqarrija l-Fondazzjoni Richmond qalet li l-kors huwa relevanti f’sitwazzjonijiet fejn persuna adulta tibda tinduna bis-sintomi li jistgħu jfissru li persuna żagħżugħa qed tiżviluppa problemi ta’ saħħa mentali. Il-kors jipprovdi wkoll informazzjoni utli dwar kif tgħin iż-żgħażagħ li jkollhom problemi ta’ saħħa mentali.

Għall-iktar informazzjoni wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-Fondazzjoni fuq 21482336 jew 21224580 jew inkella permezz ta’ ijmejl fuq mhfa@richmond.org.mt.