Għalliema Ingliża tinqatel minn student ta’ 15-il sena

Għalliema tal-Ispanjol, li kellha 61 sena ġiet maqtula lbieraħ minn student ta’ 15-il sena wara diversi daqqiet ta’ sikkina f’għonqha u f’daharha.
Il-każ seħħ quddiem 30 student waqt lezzjoni tal-Ispanjol. Għalliem ieħor kif ukoll impjegati oħra fl-iskola ppruvaw iżommu lit-tfajjel sakemm waslu l-pulizija.
Xi studenti qalu li l-għalliema tat kastig lit-tfajjel ftit tal-jiem ilu. Min-naħa tiegħu t-tfajjel stess stqarr ma' sħabu li l-għalliema kienet dejjem taqbad miegħu.
Rapporti jgħid li t-tfajjel huwa student bi ftit ħbieb, kien jiġi bbulljat u jieħu kura għad-dipressjoni.  Minkejja dan ġie deskritt bħala student intelliġenti ħafna.
Min-naħa l-oħra xi studenti u kollegi ddeskrivew lill-għalliema bħala parti integrali mill-iskola u li kienet dejjem lesta biex tgħin lil ħaddieħor. Oħrajn saħansitra rreferew għaliha bħala ‘Omm l-iskola’.