Għalliema għandha 10 pari tewmin fil-klassi

Għalliema Ċiniża tinsab kemmxejn imħassba hekk kif fil-klassi għandha 10 pari tewmin.
Xu Fei, li għandha 28 sena u taħdem fl-iskola Primarja Wuhan fiċ-ċentru taċ-Ċina, qalet li fil-klassi qed ikun hemm ħafna konfużjoni.
Dan għaliex 20 minn 22 tifel u tifla fil-klassi huma tewmin.
Minnhom 9 pari tewmin huma identiċi u għalhekk l-għalliema għandha diffikultà kbira biex tagħrafhom.
Xu Fei qalet li qed titgħallem ħafna mingħand dawn it-tfal speċjalment fuq il-mod kif jaġixxu ma’ xulxin.
Qalet li meta tikkorreġi lil xi ħadd minnhom it-tewmi wkoll iħossu li jrid iġorr ir-responsabbiltà.