​Għalliema fi skejjel postsekondarji m’għandhomx bżonn warrant

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal fil-Parlament li għalliema li jgħallmu fi skejjel postsekondarji  m’hemmx bżonn li jkollhom warrant.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi, il-Ministru Bartolo spjega li skont l-Att dwar l-Edukazzjoni, il-ħtieġa ta’ warrant tapplika biss għal min qiegħed jgħallem lill-istudenti fl-età tal-edukazzjoni obbligatorja.
Żied jgħid, li l-liġi ma tobbligax li għalliema fi skejjel postsekondarji bħall-Junior College u letturi f’istituzzjonijiet edukattivi ogħla bħall-Università u l-MCAST, għandhom ikunu fil-pussess ta’ warrant ta’ Għalliem.
Madanakollu l-Ministru ma weġibx kemm hu l-għadd ta’ għalliema f’Malta u Għawdex, li m’għandhomx warrant f’dawn l-istituzzjonijiet, li jinkludu wkoll is-Sixth Form ta’ Għawdex u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS).