Għalliema arrestata dwar allegat attakk fuq student

Għalliema ta’ 33 sena ġiet arrestata b’rabta ma’ allegat attakk fuq student. Il-BBC irrapporta li l-każ seħħ fi skola fl-Iskozja x-xahar li għadda. Ikkwotaw kelliem għall-Pulizija Skoċċiża jgħid li se jipproċedu bil-każ il-Qorti. Il-Kunsill ta’ Dumfries and Galloway għadu ma kkummentax.