Għalliem Żvizzeru jitkeċċa wara li ra filmat pornografiku fil-klassi

Għalliem Żvizzeru tkeċċa wara li kien qed jara materjal pornografiku u bi żball dan deher fuq il-projector tal-klassi u rawh l-istudenti kollha. F’nofs il-lezzjoni, l-għalliem beda jara filmat minn sit pornografiku. Dak il-ħin ma rrealizzax li l-laptop kien imqabbad mal-projector.  L-istudenti setgħu jaraw ukoll li l-għalliem fittex ritratti ta’ nisa għarwenin li għandhom parti minn ġisimhom nieqsa. Wara li nduna bil-gaff li għamel, l-għalliem mar mill-ewwel għand id-Direttur tal-iskola u qallu x’kien għamel. L-imġiba tal-għalliem hija inaċċettabbli, u kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fl-40 sena li kien ilu għalliem.
Ix-xahar li għadda għalliem Malti fl-Iskola Primarja tal-Qrendi nqabad mill-istudenti stess jara ritratti tan-nisa fil-klassi. Il-każ issa jinsab f’idejn il-pulizija. Madanakollu minkejja li m’għadux jgħallem lit-tfal tal-ħames sena tal-primarja,  għadu mhux magħruf jekk l-għalliem hux se jitkeċċa.