Għalliem jibgħat messaġġi sesswali lill-ħabib ta’ ibnu

Għalliem min-Naxxar, li jaħdem fi skola tal-Ingliż tressaq il-Qorti akkużat li bagħat messaġġi b’kontenut sesswali lill-ħabib ta’ ibnu li għandu 17-il sena. Dan iż-żagħżugħ mhux student tal-akkużat.
Ir-raġel li qed jingħata l-kura fl-Isptar Monte Karmeli ġie akkużat li kkorrompa persuna minuri, li ta fastidju liż-żagħżugħ u li għamel użu ħażin tal-mowbajl.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, u ngħata l-libertà proviżorja b’garanzija personali ta’ €5,000.