Għalliem Ingliż jinħeles minn militanti fil-Libja

L-għalliem Ingliż David Bolam inħeles wara li kien ilu jinżamm ostaġġ mill-militanti fil-Libja sa minn Mejju li għadda.
Fi stqarrija ntqal li Bolam li kien qed jgħallem fl-iskola ta’ Benghazi kien jinsab tajjeb u b’saħħtu u issa reġa’ jinsab mal-familjari tiegħu.
Hu mifhum li somma flus kienet involuta għall-ħelsien tal-għalliem Ingliż, iżda għalkemm mhux magħruf kemm kienet is-somma u minn min tħallset, l-uffiċċju internazzjonali ma kienx involuti fin-negozjati.
David Bolam li rritorna lura l-Ingilterra l-Ħamis bil-lejl deher f’filmat onlajn fit-28 t’Awwissu.
L-għalliem kien appella lill-Prim Ministru Ingliż David Cameron biex jassigura l-ħelsien tiegħu.
Hu kien qal ukoll li kien jinsab f’saħħtu hekk kif kien hemm il-biża li jispiċċa bħall-ostaġġi mill-Militanti Islamiċi fis-Sirja u fl-Iraq.