Għalliem f’Universita’ Kattolika tkeċċa għax irrifera għall-abort bħala “Qtil tal-Innoċenti”

Għalliem fl-Universita’ Kattolika ta’ Louvain, fil-Belġju, tkeċċa għax waqt il-klassi tal-filosofija argument  li l-abort hu qtil u tista’tkun agħar minn stupru.  Hu kien qed jagħti lezzjoni lil student tal-ewwel sena tal-filosofija.
Il-kummenti ta’ Stephane Mercier ħolqu agħa kbira fl-Universita’ wara li grupp ta’ femministi ilmenta li dan l-għalliem kien qed jesprimi l-opinjoni personali tiegħu fil-klassi.
L-Universita’ għall-bidu ssospendiet iż-żewġ korsijiet li fihom kien jgħallem u wara rċieva ittra ta’ tkeċċija bla ma ngħata raġuni għal dan. Il-lecturer informa b’dan lil CathoBel, is-servizz ta’ informazzjoni tal-Knisja Kattolika fil-Belġju.
Il-Konferenza tal-Isqfijiet Belġjani irribadiet l-oppożizzjoni tal-Knisja għall-abort u esprimiet it-tama li l-universita’ terġa’tirrevedi din id-deċiżjoni. Kelliem għall-isqfijiet qal li Mercier ma kienx impjegat tal-Knisja u l-kwestjoni kienet bejnu u bejn l-Universita’.
Min-naħa tagħha l-Universita qalet fi stqarrija li l-korsijiet ta’ dan l-għalliem kienu sospiżi “għax is-sereniita’ meħtieġa għat-tagħlim ma kinitx assigurata”. L-investigazzjonijiet li saru mill-Universita’ wasslu biex jittieħdu passi kontra Mercier iżda ma tatx aktar dettalji.  L-Universita’ qalet li fil-Belġju l-abort ilu legalizzat mill-1990 u hi tirrispetta l-awtonomija tan-nisa li jirrikorru għalih.
F’artiklu li kiteb u qassam lill-istudenti, Mercier ippreżenta argument kemm filosofiċi kif ukoll fattwali favur il-pożizzjoni soda tiegħu favur il-ħajja. Hu kkundanna t-terminu użat ħafna fi Franza dwar l-abort meta jirreferu għalih bħala “interruzzjoni volontarja tat-tqala”.  Hu sostna li dan hu logħob bil-kliem biex jaħbi gidba. Il-verita’ hi li l-abort hu qtil ta’ persuni innoċenti.