Għalliem fl-MCAST jikteb ktieb…

Għalliem tal-Malti fl-MCAST ippubblika ktieb bl-isem ta’ Stejjer ta’ Dari u tal-Lum. Id-dħul kollu mit-325 kopja li nbiegħu ġie mogħti lil ALS Malta.
Noel Cachia, l-awtur tal-ktieb, ippreżenta d-donazzjoni lil Bjorn Formosa f’isem l-ALS.
In-novelli miġbura fi ktieb jirrakkontaw esperjenzi u emozzjonijiet tat-tfulija li joħorġu element ta’ nostalġija. L-element u spirtu reliġjuż ma jonqosx, bl-awtur jisħaq li Alla jaf kollox u għalhekk jitlob u jafda fih.
Stejjer oħra jitrattaw l-imħabba lejn l-annimali u l-apprezzament lejn it-talenti tal-proxxmu.