Għall-Qorti ż-żagħżugħ b’rabta mal-qtil ta’ Zach Meli f’Paceville

Żagħżugħ Bulgaru ta’ 19-il sena qed jinżammm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti akkużat bil-qtil ta’ Zach Meli kmieni l-Ħadd filgħodu f’Paceville.
L-inċident inqala’ fit-taraġ ta’ Paceville fi Triq Santu Wistin, kantuniera ma’ Sqaq Santa Rita, u aktarx il-kameras tas-sigurtà għenu lill-Pulizija biex tasal għand il-Bulgaru.
Il-Pulizija madankollu ma setgħetx tikkonferma ma’ Newsbook.com.mt dwar l-identita tal-arrestat.
Aktarx iż-żagħżugħ, deskritt bħala wieħed maħbub minn kulħadd, miet b’emorraġija f’rasu wara li qala’ daqqa ta’ ponn b’saħħitha mingħand l-allegat qattiel.
Ir-raġuni tal-argument hi li Meli laqat lit-tfajla tal-Bulgaru meta kien fit-taraġ.
Sadanittant, ilbieraħ il-kuġina ta’ Zach Meli kitbet fuq Facebook, u talbet lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jindirizza llum qabel għada l-vjolenza mwettqa mill-barranin f’Malta.