Għall-Qorti wara li nqabdu bil-kannabis għat-traffikar

Tliet Libjani qed jinżammu arrestati mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet, wara li allegatament instabitilhom id-droga kannabis.
L-arrest sar ilbieraħ tard billejl, għall-ħabta tal-11pm, xħin it-Taqsima ta’ Kontra d-Droga għamlu tfittxija f’appartament fi Triq il-Ġife, San Pawl il-Baħar.
L-ammont ta’ droga li nstabet kienet turi biċ-ċar li l-iskop kien li jittraffikawha.
Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin