Għall-Qorti l-persuna li żamm il-kelb marbut u b’sarima ma’ ħalqu

Facebook

Il-persuna li żammet il-kelb marbut b’sarima ma’ ħalqu kif ukoll f’kundizzjonijiet ħżiena għal tul ta’ żmien se tkun qed titressaq il-Qorti.

Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qal li se tkun qed toħroġ kwerela f’dan ir-rigward u se tkun qed tgħaddi għand il-Pulizija matul din il-ġimgħa.

Il-kelb kien instab f’Ħaż-Żabbar u kienu ssejħu l-Pulizija fuq il-post fit-12 ta’ Ġunju li għadda. Huma kienu megħjuna mill-Uffiċjali tal-Aminal Welfare u qalu li l-kelb kien qed jinżamm kontinwament marbut u b’sarima ma’ ħalqu.

Din l-informazzjoni ħarġet wara li d-Deputat tal-Oppożizzjoni Mario Galea staqsa fil-Parlament dwar dan il-każ lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Josè Herrera.