Jinżamm arrestat l-allegat aggressur li ħanxar għonq tfajla

Facebook

14:47 Tintemm is-sessjoni fil-Qorti.

14:46 Il-Qorti tiċħad it-talba tal-ħelsien mill-arrest.

14:45 Il-prosekuzzjoni toġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest peress li fadal aktar persuni li jridu jixhdu.

14:43 Id-difiża tgħid li l-akkużat se jwieġeb mhux ħati u qed jintalab li jingħata l-ħelsien mill-arrest.

14:42 L-akkużat jgħid li għandu 22 sena u jaħdem ma’ kumpanija tal-igaming.

14:40 Id-difiża ma tikkontestax il-validità tal-arrest.

14:39 Il-prosekuzzjoni titlob lill-Qorti biex il-persuna li tinstab ħatja tħallas għall-ispejjeż tal-Qorti f’dan il-każ.

14:38 L-akkużat jikkonferma li jifhem bl-Ingliż. Is-seduta mistennija tkun bil-lingwa Ingliża.

14:36 L-akkużat jidħol fl-awla.

14:26 Bħalissa ġie ppreżentat taħt arrest raġel f’każ separat.

14:10 L-aggressur dalwaqt mistenni jidħol fl-awla.

L-eks-sieħeb ta’ Shannon Mak li qed jiġi akkużat li qatilha wara li l-Ġimgħa filgħodu nstabet b’għonqa mħanxar f’Santa Venera se jitressaq il-Qorti llum fis-2pm.

Ir-raġel li huwa wkoll Olandiż ġie arrestat ilbieraħ stess.

Il-mara nstabet bla ħajja fis-6.15am fi Triq il-Mastrudaxxi, taħt ħajt, bejn żewġ karozzi pparkjati. Mal-wasla tal-Pulizija fuq il-post, sabu lill-vittma f’għadira demm, bi ġrieħi li jindikaw li sfat vittma ta’ sikkina. Issejħu wkoll esperti forensiċi, il-karozza tal-mejtin tal-Pulizija filwaqt li ġew elevati numru ta’ filmati mill-kameras tas-sigurtà. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qed tmexxi l-inkjesta.

Għadu mhux magħruf jekk il-mara nqatlitx fuq il-post jew ġiet trasportata wara li nqatlet xi mkien ieħor. Rapporti qalu li l-vittma dehret f’post ta’ divertiment fil-Qawra ftit sigħat qabel.