Għall-Papa l-futbol hu passjoni u strateġija evanġelika

World-Cup1

Read in English.

Għalkemm mhu jingħad xejn dwar kif il-Papa Franġisku qed isegwi t-Tazza tad-Dinja tal-futbol, żgur li l-ġimgħa li għaddiet ma ħax gost li t-tim tiegħu, l-Arġentina, tilfu 3-0 mal-Kroazja.

Uffiċjal tal-Vatikan qal li m’hemmx dubju li l-Papa qed isegwi x’inhu għaddej fir-Russja, għalkemm hu ma jarax il-partiti għax fl-1990 kien għamel wegħda mal-Madonna li ma jarax televiżjoni. Madankollu, il-Papa hu fanatiku kbir tal-futbol.

Għal dawk li jsegwu l-Papa, hu ovvju li jħobb il-logħba tal-futbol iżda forsi ftit jafu li meta kien għadu fl-Arġentina, kien iqis il-futbol bħala mezz kif il-Knisja tista’ tmur tiltaqa’ mal-fidili fil-post li jiffrekwentaw biex twasslilhom l-aħbar it-tajba.