Għall-Paċi u Għall-Mistrieħ tixxandar mil-lum

Ritratt: Hermann Bonaci u Vanessa Cassar. Ritratt: RGV

Il-produzzjoni tal-2004 Għall-Paċi u Għall-Mistieħ se tkun qed terġa’ tixxandar mil-lum il-Ħadd fil-ħin tas-1.05pm fuq l-istazzjon Net. F’din is-sensiela maqsuma fuq ħames puntati li se jixxandru s-Sibt u l-Ħadd fl-istess ħin se naraw bħaal protagonsiti lil Frida Cauchi, Hermann Bonaci, Vanessa Cassar, John Suda, Ronald Saliba, Stefania Vella, Simone Zammit, Ruth Mifsud u Ronnie Galea.

Waqt il-funeral ta’ omm Philip, tasal bla mistennija oħtu Carol wara li tkun ilha s-snin li ħarbet ma’ Awstrijak u ġiet lura għax semgħet bil-mewt ta’ ommha. Yvonne, mart Philip tkun għaddejja minn żminijiet diffiċli ħafna f’saħħitha u xejn ma tieħu gost bil-miġja ta’ oħt żewġha. Din Carol tkun tfajla fuq ruħha mhux ħażin u wara li ġiet lura tidher li baqgħet l-istess.

Id-direzzjoni viżiva hi ta’ Paul Attard, waqt li dik artistika hi ta’ John Suda. Il-produzzjoni hi ta’ Hermann Bonaci.