Għall-ommijiet li qed jistennew tarbija…

L-ommijiet li qed jistennew tarbija f’Malta u Għawdex huma mħeġġa jattendu ċelebrazzjonijiet li matulhom se jsir tberik tat-tarbija fil-ġuf.
Nhar il-Ħadd li ġej fl-10.15am, fil-Knisja Parrokkjali ta' Wied il-Għajn se ssir quddiesa u barka fuq l-ommijiet u t-trabi fil-ġuf.
Dawk li se jattendu l-quddiesa, organizzata mill-Grupp Familji Nsara f’Wied il-Għajn, se jingħataw ukoll tifkira-santa kbira bil-kulur, li fuqha se jinkiteb isem it-tarbija mill-ġenituri.  Il-missirijiet, in-nanniet u qraba oħra mħeġġa jattendu wkoll. 
Il-quddiesa hi miftuħa wkoll għall-ommijiet u missirijiet li kellhom tarbija, biex jagħtu ħajr lil Alla.
Sadanittant, is-Sibt 4 ta’ Lulju f’Għawdex se ssir ċelebrazzjoni tat-tberik tat-tarbija fil-ġuf, fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fis-6.30pm.
Il-quddiesa se tkun ikkonċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
L-ommijiet li jixtiequ jattendu għandhom iċemplu fuq 21552595 jew jibagħtu imejl fuq info@darguzeppadebono.org.