​Għall-mard m’hemmx shutdown

Hekk kif fil-jiem li ġejjin ħafna jkunu dawk li jbattu mir-ritmu tax-xogħol, fost l-oħrajn dawk fil-kostruzzjoni u fil-manifattura industrijali, is-Servizz Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm ifakkar li l-mard ma jbattix.
Għaldaqstant, jisħaq li l-vaganzi joffru lil dak li jkun iktar ħin fuq idejh. Jappella lil dawk in-nies li se jkollhom il-vaganzi, biex jikkonkorru u jagħtu d-demm b’rispett u solidarjetà, ma’ dawk morda serjament u li huma ferm ‘il bogħod milli jgawdu l-vaganzi.
Wieħed jista’ jagħti d-demm, fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa, li jiftaħ kuljum, mit-8am sas-6pm.
Nhar il-Ħadd li ġej, il-Blood Donation Unit se tkun f’Misraħ il-Mafkar, wara l-Berġa tal-Gvern f’Ħad-Dingli bejn it-8.30am u s-1pm, filwaqt li nhar it-Tlieta se tkun maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr, mit-8.30am sas-1pm.