Għall-kwalità fl-immaniġġjar jirbaħ il-Kunsill tal-Belt

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta rċieva ċertifikat fil-Kwalità tal-Immaniġġjar.

Fi stqarrija l-Kunsill qal li rċieva l-ISO9001:2015 li huwa rikonoxxut internazzjonalment.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li l-Kunsill tal-Belt kien wieħed minn dawk li jaħdmu l-aktar. Il-Kelliem tal-PN għall-Gvern Lokali Robert Cutajar qal li l-Kunsill għandu jservi bħala eżempju tajjeb għal kunsilli oħra.

Is-Sindku tal-Belt Alexiei Dingli qal li dan iċ-ċertifikat se jkun qed isaħħaħ lill-Kunsill u jżid it-trasparenza.