Għall-KPMG kull qatra tgħodd

L-istaff tal-kumpanija tal-KPMG f’Malta ħadu sehem f’inizjattiva, organizzata mill-Corporate Social Responsibility Committee, sabiex jgħinu lis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fil-ħidma tiegħu biex jinġabru boroż tad-demm għal pazjenti fil-bżonn.
Dawn il-ħaddiema ħadu l-ħin mill-ġurnata tax-xogħol tagħhom sabiex jinżlu fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa biex jagħtu d-donazzjoni ta’ borża demm – dan is-sors vitali li jista’ jsalva ħajja. 
B’hekk, il-KPMG qed tinkoraġġixxi lil dawk li huma eliġibbli li jagħtu d-demm sabiex jagħmlu l-kuraġġ u jagħmlu dan b’mod regolari. 

Is-servizz tal-għoti tad-demm huwa miftuħ kuljum bejn it-8am u s-6pm, 7 tijiem fil-ġimgħa.
Għal aktar informazzjoni żur www.blood.gov.mt.