Għall-ħabs wara li għex minn fuq il-prostituzzjoni tas-sieħba tiegħu

Raġel ingħata s-sentenza ta’ sitt xhur ħabs u ngħata multa ta’ €50 wara li nstab ħati li kien qed jgħix minn fuq il-flus li s-sieħba tiegħu kienet iddaħħal mill-prostituzzjoni
Ir-raġel mill-Għarabja Sawdija ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih.
L-Ispettur John Spiteri spjega fil-Qorti li r-raġel qatt ma ġiegħel lis-sieħba tiegħu biex twettaq prostituzzjoni imma tressaq għax għex minn fuq il-qligħ li kienet tagħmel.
Insista li l-Qorti, bis-sentenza tagħha, kellha tibgħat messaġġ li dan mhux aċċettabbli.
Il-Qorti ordnatlu wkoll biex ma jersaqx lejn il-mara għal tliet snin.