Għall-ewwel darba Malta takkwista disa’ Blue Flags – Edward Zammit Lewis

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis tenna li għall-gżira ta’ Malta bħal kull gżira oħra, il-kosta għandha rwol importanti ferm għall-ekonomija tal-pajjiż.
Il-Ministru Zammit Lewis qal li din is-sena, Malta kisret rekord fejn għall-ewwel darba akkwistat disa’ Blue Flags.
Zammit Lewis fakkar li l-bajjiet ta’ Malta huma żgħar u jammontaw biss għal 3% tal-kosta Maltija.
B’hekk, spjega l-Ministru, huwa importanti li jsiru inizjattivi sabiex ikun hawn bajjiet artifiċjali bħal-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Il-bajjiet li għandhom ramel artifiċjali jkollhom bżonn manutenzjoni wara numru ta’ snin u kien għalhekk li din is-sena l-Gvern ġab madwar 5,300 tunellata ramel biex b’hekk ikun jista’ jogħla l-livell kemm ta’ din il-bajja kif ukoll tal-perched beach li jinsab f’Buġibba.