Għall-ewwel darba jistgħu jidħlu l-Junior College mit-tieni sena

Studenti li spiċċaw l-ewwel sena f’istituzzjoni edukattiva oħra, għall-ewwel darba jistgħu japplikaw għat-tieni sena fil-Junior College.
Għada se jsiru laqgħat ta’ orjentazzjoni għal studenti prospettivi. B’kollox se jsiru tliet laqgħat – fit-8.30am, fl-10am u fil-11.30am, skont il-kunjom.
Biex wieħed ikun aċċettat fil-Junior College, irid ikun għadda minn mhux anqas minn sitt suġġetti fil-livell tas-SEC jew ekwivalenti, li jinkludu Ingliż, Malti, Matematika u mill-inqas wieħed minn Fiżika, Kimika jew Bijoloġija.
Il-Kulleġġ qed joffri wkoll servizz ta’ Guidance biex jgħin lill-istudenti fl-għażla tas-suġġetti.
Dawk li jixtiequ jidħlu fil-Junior College bħala studenti tal-ewwel sena f’Ottubru li ġej, inklużi dawk li qed jistennew xi riżultati, għandhom japplikaw u jaraw il-prospektus onlajn fuq www.jc.um.edu.mt.
L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru bejn l-1 u l-10 ta’ Awwissu.