Għall-Amerikani 11/9 huwa n-9/11 il-ġdid

Dawk l-Amerikani li bħalissa jinsabu mikduda għall-mewt minħabba r-riżultat elettorali Presidenzjali, qabblu dan ir-riżultat mal-iktar ġurnata traġika tal-istorja fl-Istati Uniti, in-9/11.
Id-data tal-lum li fiha ġie ddikjarat li n-negozjant Donald Trump se jkun il-President li jmiss, ġiet innutata miċ-ċittadini tal-Istati Uniti.
Dan hekk kif id-9 ta’ Novembru tinkiteb bħala 11/9 fl-Istati Uniti – bil-kontra tal-11 ta’ Settembru 9/11.
Barra minn hekk, ħafna qegħdin isejħu dan ir-riżultat elettorali “l-agħar inkubu tal-Amerika”, saħansitra agħar mit-3,000 ċittadin li mietu 15-il sena ilu fin-9/11.