Għall-aħħar darba l-AD tappella għal iktar voti

Ftit sigħat qabel il-Jum tas-Silenzju, l-Alternattiva Demokratika għamlet appell lil dawk li għadhom ma jafux lil min se jivvutaw.

F’konferenza tal-aħbarijiet, iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, qal li kull ma jridu hu 2,000 vot f’distrett wieħed u dawk li jivvutaw lill-AD jistgħu jivvutaw ukoll lill-kandidati tal-partiti politiċi l-oħra.

Briguglio qal li hu fiduċjuż li l-Alternattiva ittella’ siġġu fil-parlament. Qal li l-Alternattiva se tkun il-vuċi progressiva tar-raġuni.

L-Alternattiva qalet li stħarriġ li deher illum fuq gazzetta lokali, juri li kien hemm żieda fin-numru ta’ persuni li se jivvutawlha.