Għalik jekk se tagħti d-demm l-ewwel darba

Il-bżonn tal-pazjenti li jirċievu d-demm hija waħda kontinwa. Għalhekk iċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm jagħmel appelli kontinwi sabiex aktar nies isiru donaturi tad-demm. Dan iwassal biex ammont ta’ persuni fis-sena jerqsu lejn iċ-ċentru tad-demm jew lejn il-mobile donation unit biex jagħtu d-demm għall-ewwel darba.

Iċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm appella biex persuni li jkunu se jagħtu d-demm għall-ewwel darba jkunu akkumpanjati minn xi ħadd sabiex iservi ta’ kuraġġ u sapport fejn jidħol it-trasport. Li persuna li se tagħti d-demm għall-ewwel darba tkun akkumpanjata minn xi ħaddieħor jgħin biex il-persuna tħoss sodisfazzjoni kbir li tat din l-għotja demm.

Kull min jixtieq jibda jew huwa donatur regolari jista’ jagħmel dan:

fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (mit-8:00 am sas-6:00 pm.

fil-Mobile Blood Donation Unit li l-Ħadd 13 t’Ottubru mit-8:30am sas-1:00pm se jkun fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja parrokkjali ta’ Ħal Safi.

fil-Berġa tax-Xewkija li l-Ħadd 13 t’Ottubru se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu l-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.