Għaliex qed tonħor daqshekk billejl?

L-inħir jaffettwa miljuni ta’ bnedmin madwar id-dinja kollha bil-maġġoranza tagħhom ma jkunux konxji li jkunu qed jonħru. L-inħir jista’ anke jkun fattur li juri l-livell ta’ saħħa fiżika tagħhom. Dan skont Jagdeep Bijwadia, tabib li jispeċjalizza fuq l-irqad u l-mard tal-pulmun.

L-inħir jista’ jkun sinjal ta’ problemi tal-irqad bħal sleep apnea, li hija kundizzjoni li twassal persuni sabiex tieqaf tieħu nifs għal xi ħin waqt l-irqad. Madanakollu, deċiżjonijiet sempliċi u vizzji ta’ kuljum jistgħu jwassluk sabiex tonħor.

  1. Tazza inbid jew alkoħol qabel l-irqad – Filwaqt li ħafna jemmnu li tazza inbid qabel ma torqod tgħin sabiex torqod aħjar, dan mhux dejjem minnu. Skont Bijwadia, l-akoħol jirrilassa l-muskoli minn fejn tidħol l-arja li tista’ twassal għal inħir eċċessiv, anke jekk m’intix persuna li tonħor ta’ spiss.
  2. Għandek xi ħaġa li qed timblokka l-imnieħer – Dan jista’ jkun minħabba xi allerġiji. Wieħed jista’ jmur għand tabib li jgħinu jsib modi kif inaqqas l-inħir.
  3. Torqod fuq darek – Skont speċjalisti, meta torqod fuq darek huwa iktar faċli li tonħor hekk kif ix-xedaq u l-ilsien jinżlu lura fil-griżmejn.
  4. Jekk għandek piż żejjed – Dan iwassal għal muskoli dgħajfa u żieda ta’ tessuti madwar l-għonq u l-griżmejn.
  5. It-tirodje ma tkunx qed taħdem kif suppost – sinjali oħrajn f’dan il-każ jistgħu jkunu għajja kbira, żieda fil-piż, ġilda xotta, jibda jirqaq ix-xagħar u dipressjoni.
  6. Qed tixjieħ – Aktar ma tixjieħ, aktar hemm ċans li tonħor.
  7. Il-forma ta’ ħalqek tista’ tkun qed tikkawża l-inħir.
  8. Inti raġel – Skont riċerka, differenzi fiżiċi bejn il-ġeneri jistgħu jikkontribwixxu għall-inħir.