Għaliex mina u mhux pont?

tunnel

Il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg qal li l-Gvern jippreferi li l-konnessjoni bejn Malta u Għawdex tkun ta’ mina u mhux permezz ta’ pont wara l-konklużjoni tar-rapport li wera li mill-aspett ekonomiku u finanzjarju dik hija aktar vijabbli.
L-istudju sar f’Settembru 2015 minn E-Cubed Consultants bit-titlu ‘Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options’.
Il-Ministru Ian Borg kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Godfrey Farrugia.