Għaliex mhux kull min ibati bl-ażżma hu kkunsidrat vulnerabbli?

Read in English.

Dr Tanya Melillo, Konsulent tal-Mediċina Pubblika fit-Taqsima tal-Mard Infettiv saħqet li min ibati bl-ażżma u daħal l-isptar fl-aħħar sitt xhur, kien fuq l-isteroids jew imur l-isptar spiss għan-nebuliser, huwa kkunsidrat vulnerabbli.

Waqt Newsbook Q&A, Melillo kompliet tgħid li dawk li kellhom l-ażżma meta kienu żgħar u issa m’għadhomx, jew dawk li jieħdu l-inhaler għall-hay fever fir-rebbiegħa u jkollhom qtugħ ta’ nifs darba biss, dawk mhux ikkunsidrati vulnerabbli.

Stqarret li dawk li jieħdu l-inhalers kuljum u jispiċċaw l-isptar huma vulnerabbli.

Dr Melillo appellat lil dawk li għandhom xi kundizzjoni rari, biex jibagħtu imejl b’referenza mingħand il-konsulent tagħhom fuq covid19.vulnerable@gov.mt.

Għandek bżonn l-għajnuna? Ara fuq liema numri tista’ ċċempel

  • 111 – Għal dawk li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtiequ iktar informazzjoni
  • 21411 411 – Għal dawk fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċinali
  • 2294 4511/2294 4504 – Biex tirrapporta lill-pulizija każi ta’ ksur tar-regolamenti dwar saħħa pubblika u l-Covid-19
  • 1772 – Għal dawk li jħossuhom waħedhom
  • 1575 – Għall-ħaddiema biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 1576 – Għal min iħaddem biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
  • 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mill-Malta Enterprise
  • 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’pajjiż ieħor u jridu jiġu lura Malta
  • 2598 1000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv
  • 2169 2447– Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra
  • 2590 3030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
  • 2546 9111 – Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-gaming

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn