Għaliex m’għandhomx jafdaw lil Adelaide?

Fl-episodju tal-lejla mis-sensiela Aenigma se jintwera l-episodju Adelaide li jlaqqagħna ma’ Julia u Mark li għadhom kemm waslu mill-honeymoon ferħanin li sejrin joqgħodu fl-appartament il-ġdid li xtraw ftit qabel.

Meta jaslu hemm jaraw għall-ewwel darba lil Adelaide, mara anzjana li tgħix fl-istess blokka. Ħafna nies jgħidulhom biex ma javdawx lil din il-mara, għax tgħajjen u ġġib ħafna sfortuna! Tgħid huwa minnu? Julia u Mark jemmnu jew le?

Mark x’jibda jiġrilu? Tort t’Adelaide, jew ta’ ħaddieħor? U x’tagħmel Julia? Malcolm li joqgħod ħdejhom, x’jidħol fl-istorja?

Aenigma jixxandar nhar ta’ Ħamis fil-11.30pm fuq Melita More, Channel 315.