Għaliex Matthew spiċċa fuq siġġu tar-roti?

Illum fuq TVM fit-3pm se jkun qed jixxandar episodju ieħor mis-sensiela Sorelle b’kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber.

Illum nibdew billi nerġgħu nidħlu fil-kamra ta’ Matthew. Kif inhi sejra Janice? Tgħid qed jikkopera Matthew jew le? X’kien ġaralu Matthew? Għaliex spiċċa fuq siġġu tar-roti?

Maxine tissuġerixxi li jmorru għand Bolzano. Għaliex ħutha mhux entużjasti? X’se jerġa’ jiġrilha Lea?

Sorelle jkollu ripetizzjoni llum fil-11.25pm u nhar it-Tnejn fis-6.15am. Il-ħames puntati li xxandru din il-ġimgħa jixxandru għada s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.