Għaliex Malcolm irid li jiltaqa’ mas-Sorelle?

Sorelle Episode 112

Fl-episodju tal-lum ta’ Sorelle se naraw lil Ritienne qed tħossha mrekkna. Għaliex? X’se jgħidulha Vince u l-Maġġur?

Janice terġa’ tmur għand Matthew. Dwar xiex se jerġa’ jkollhom xi jgħidu?

Malcolm iċempel lil Lorraine. Xi xtaq jgħidilha? Għaliex jagħmillha premura biex jiltaqa’ mas-Sorelle?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa u jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm. Il-produzzjoni hija ta’ Rewind.