Għaliex l-Apple ma tridx tneħħi ċ-charger tal-kalamita?

Qed jissemma li l-kumpanija Apple se tkun qed tibdel iċ-charger li jeħel bil-kalamita, hekk kif aktar tard din is-sena se tniedi l-MacBook Air.
Minflok iċ-charger imsejjaħ MagSafe, iċ-charger se jkun b’USB. Jekk jirnexxielhom ineħħu l-MagSafe, l-inġiniera tal-Apple qalu li jkunu jistgħu jraqqu l-laptop.
Jekk iċ-charger ikun b’USB iservi kemm biex wieħed jiċċarġja l-laptop kif ukoll biex jitrasferixxi d-data.
L-unika ħaġa li qed iżżomm lil Apple milli tieħu din id-deċiżjoni hi li jekk wieħed jaqa’ fil-cable taċ-charger jispiċċa bil-laptop fl-art.
Iżda d-deċiżjoni tal-Apple nsiru nafuha aktar tard!