Għaliex Kate u Meghan ma jilbsux djamanti qabel is-6pm

Kate Middleton u Meghan Markle għandhom il-possibbiltà kollha li jiddandnu bil-ħaġar prezzjuż tal-familja Irjali għax ikollhom bosta okkażjonijiet formali u mhumiex matul is-sena. Iżda hemm regola li tipprojbixxi li dawn iż-żewġ nisa biex ma jilbsux djamanti qabel is-6pm.

Kemm-il darba dawn iż-żewġ personaġġi dehru b’ħaġar prezzjuż li jgħaġġbek, inklużi dawk li kienu tal-Prinċipessa Diana, ommhom tar-rispett. Iżda xi ħaġa li ma tistenniex hi li t-tnejn li huma għandhom restrizzjoni x’ħaġar prezzjuż jistgħu joħorġu bihom f’xi ħinijiet partikolari tal-ġurnata.

Myka Meier, esperta fl-etiquette, tgħid li hemm raġuni speċifika ħafna għaliex ma jkollhomx djamanti fuqhom ħlief dawk fuq iċ-ċurkett tal-għerusija.

“Xi ġojjelli huma ideali għal qabel is-6pm,” qalet Meier, “bħalma huma perli u topaz jew metal prezzjuż. Iżda billi ma jkollhomx fuqhom id-djamanti meta tkun għadha x-xemx huma jevitaw li jidhru jlellxu. Bil-lejl dan ma tantx jimporta imma matul il-ġurnata dan ikun tlellix żejjed li ma jaqbel xejn ma’ kif membri tal-familja Rjali għandhom jidhru fuq pubbliku.”